Mohamed Salah kiser rekord ieħor ta’ Liverpool permezz tal-goals tiegħu fir-rebħa tad-derby ta’ Merseyside l-Erbgħa filgħaxija fuq ir-rivali, Everton.
L-Eġizzjan li skurja b’xejn skorja l-ewwel tiegħu, u t-tieni ta’ Liverpool, wara biss 19-il minuta f’Goodison Park – il-500 goal li Liverpool skurjaw fil-Premier League taħt il-gwida ta’ Jurgen Klopp.
Salah irreġistra wkoll involviment dirett ta’ goal għas-seba’ logħba tal-Premier League konsekuttiva, xi ħaġa li ebda player ieħor ta’ Liverpool qatt ma rnexxielu jagħmel.
Salah jew skorja jew provda assista f’kull logħba tal-kampjonat barra minn darhom li lagħbu r-Reds dan l-istaġun, u żied it-tieni goal fit-tieni taqsima f’Goodison Park biex tella’ t-total tiegħu għal disa’ goals għal Liverpool barra minn darhom f’dan l-istaġun – aktar mid-doppju ta’ ħaddieħor.
Il-player ta’ 29 sena kiserbosta rekords waqt bidu tajjeb għall-istaġun 2021-22, li rah jiskorja 19-il goal f’19-il logħba fil-kompetizzjonijiet kollha.
Fil-Premier League, Salah bħalissa jinsab fuq nett tal-klassifika kemm tal-goals kif ukoll tal-assists bi 13-il goal u tmien assists f’14-il dehra biss.
Id-doppjetta tal-Erbgħa filgħaxija fissret ukoll li hu l-ewwel player ta’ Liverpool li skorja darbtejn fid-derby ta’ Merseyside minn mindu Fernando Torres għamel dan f’Settembru tal-2008.