Saturday, May 18, 2024

Monza wara Muriel

Aqra wkoll

Monza qed isegwu l-progress tal-attakkant Kolombjan Luis Muriel li bħalissa qed jilgħab ma’ Atalanta. Dan tal-aħħar għandu 32 sena u hu meqjus bħala skorer prolifiku wara li skorja 52 gowl f’126 logħba ma’ Atalanta. 

Id-direttur ta’ Monza Adriano Galliani se jipprova jieħu lil dan il-plejer sabiex isaħħaħ l-attakk tat-tim li deher xi ftit nieqes speċjalment fil-logħba li huma tilfu mill-Coppa Italia kontra Reggiana sabiex inqalgħu minn din il-kompetizzjoni hekk kmieni. 

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss

Sport