Friday, November 15, 2024

Mosti jsib il-karozza ‘Smurf’ wara li xi jiem ilu nsterqet minn Ħal Far

Aqra wkoll

Instabet il-karozza tad-Drag Racing tal-Ingliż Sean Prout wara li kienet ilha madwar tlett ijiem misruqa. Il-karozza nstabet mill-Mosti, Lee Micallef.

Talk.mt jinsab infurmat li l-karozza nstabet fl-Iklin għall-ħabta tal-4:00 a.m, u li l-ħsarat fil-vettura ta’ Prout kienu minimi.

Raġel Mosti rnexxielu jsib il-karozza tad-Drag Racing tal-Ingliż Sean Prout wara xi jiem nieqda.

Lee Micallef xerred ritratt hekk kif kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-4:00 rnexxielu jsib il-karozza u ssejħu l-pulizija.

Il-karozza ta’ Prout, Honda Civic EP3 racer magħrufa bħala ‘Smurf’, insterqet tard filgħaxija l-Ħadd li għadda mit-trakka ta’ Ħal Far.

Sa ftit tas-sigħat ilu l-istess sid tal-karozza xerred appell ta’ għajnuna fejn offra €5,000 lil min jgħinu jsibha.

F’messaġġ li xerred aktar qabel Prout qal li l-istess poplu Malti jinsab diżgustat għall-mod ta’ kif xi ħadd irresponsabbli seraq din il-karozza li għalih ma kienet tiswa’ xejn, għax la seta’ jċaqlaqha u lanqas juża l-parts tagħha. 

Ekonomija

Sport