Tuesday, April 23, 2024

“Mument li nirriflettu dwar il-kisbiet imma wkoll fejn irridu mmorru” – Il-Ministru Julia Farrugia Portelli

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Onorevoli Oliver Scicluna r-rebbieħ tal-premju għall-kisba tul il-ħajja fis-settur tad-diżabbilità

Fid-diskors tagħha waqt il-Premju Soċjetà ġusta, il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-ħajja Julia Farrugia Portelli fakkret dwar wiegħda li kienet għamlet ma’ ġenituri ta’ tfal b’diżabbilità jew qraba ta’ persuni b’diżabbilità li kienu se jkunu maħbubin bl-istess imħabba murija lil persuni oħra.

Il-Ministru qalet li fl-ewwel xhur xtaqet li tiltaqa’ ma’ kull NGO ta’ diżabbilità f’pajjiżna; eżerċizzju li wassal għall-frott ta’ djalogu.
Farrugia Portelli qalet li jeħtieġ li f’dan il-jum jeħtieġ li nirriflettu fuq dak li ħdimna fuqu fosthom il-liġi li temenda l-opportunitajiet indaqs u l-aktar emenda riċenti li tagħti d-dritt lil dawn il-persuni u li twaqqaf li dawn il-persuni jiġu intimidati. Iżda barra minn hekk jeħtieġ li pajjiżna jara fejn sejra l-ħidma fejn jidħlu dawn il-persuni fix-xhur u s-snin li ġejjin.

Intant hija ħabbret lill-Onorevoli Oliver Scicluna bħala r-rebbieħ tal-premju għall-kisba tul il-ħajja fis-settur tad-diżabbilità.
Scicluna fid-diskors tiegħu qal li qatt ma għamel li għamel biex jerbaħ xi premju. Huwa qal li dak li se jkompli jagħmlu se jagħmlu biex persuni oħra b’diżabbilità għada pitgħada jkunu aħjar minnu. Scicluna qal li minkejja r-riżenja tiegħu minn Kummissarju għall-Persuni b’Diżabbilità, huwa “lest u preparat inkompli ngħin lil persuni oħra”.

Sport