Wednesday, April 24, 2024

Mil-lum l-ilbies tal-maskra huwa obbligatorju anke jekk tkun waħdek

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mil-lum l-ilbies tal-maskra huwa obbligatorju anke f’postijiet pubbliċi fil-miftuħ. Dan ifisser li se jkun mandatorju li l-maskra tintlibes kullimkien anke meta persuna tkun waħida.

Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ħamis li għadda. B’hekk mil-lum, dawk kollha minn erba’ snin ’il fuq li jinqabdu mingħajr maskra se jkunu qegħdin jaffaċċjaw multa ta’ €100 minħabba l-ksur tal-miżura li qed tiġi estiża minħabba t-tixrid tal-virus.

Fearne qal li dan qed isir, biex flimkien mal-booster u l-osservanza tal-miżuri fis-seħħ, inkunu nistgħu xorta waħda ngawdu l-Milied b’mod responsabbli.

Fejn jidħlu miżuri ta’ restrizzjonijiet, Fearne qal li fil-pajjiżi Ewropew dawn qed jerġgħu jiżdiedu. Qal li f’Malta qed jistennew li jkollna żieda fil-każijiet anke minħabba l-fatt li matul il-ġranet li ġejjin l-attività soċjali tiżdied, apparti mill-fatt li qed ikun antiċipat li l-varjant tal-Omicron jinstab ukoll f’pajjiżna.

Sport