Thursday, April 18, 2024

Taljan jitlef ħajtu f’Tas-Sliema wara li tilef il-kontroll tal-mutur

Aqra wkoll

Ritratt – Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Illum, għall-ħabta tat-3:00am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat traffiku fi Triq it-Torri, Tas-Sliema. 

Mill-investigazzjonijiet irriżulta li Taljan ta’ 45 sena residenti l-Gżira, tilef il-kontroll tal-mutur  li kien qiegħed isuq, tat-tip Honda, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu, baqa’ jitkaxkar u kellu  impatt mal-bankina. 

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu imma sfortunatament, il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il post. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret  inkjesta.  

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport