Monday, September 23, 2024

Naomi Cachia maħtura whip tal-Grupp Parlamentari tal-PL

Aqra wkoll

F’laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista, l-avukat u deputat laburista, Naomi Cachia, inħatret Whip tal-istess grupp parlamentari. 

Cachia, li ilha Membru Parlamentari minn wara l-elezzjoni ta’ Marzu tal-2022, serviet fil-Partit Laburista f’diversi rwoli oħra fosthom bħala President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. 

Fl-irwol il-ġdid tagħha tkun ukoll membru tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista. 

Il-Grupp Parlamentari approva b’mod unanimu din in-nomina li tressqet ‘il quddiem mill-Prim Ministru Robert Abela. 

Il-Prim Ministru Robert Abela kkummenta kif din il-ħatra hi xhieda oħra ta’ tiġdid fil-Partit Laburista. “Nemmen ħafna fil-ħiliet taż-żgħażagħ. Għandna taħlita ta’ esperjenza u anke ta’ nies li ilhom fil-politika għal numru ta’ snin, minkejja li għadhom żgħażagħ. Nemmen li din it-taħlita se toffri dinamiżmu u enerġija biex inkomplu nwettqu l-manifest elettorali ” ikkummenta l-Prim Ministru.

Sport