Saturday, December 21, 2024

Napoli se jġeddu l-kuntratt ta’ Khvicha Kvaratskhelia

Aqra wkoll

Id-diriġenti ta’ SS Napoli mistennija jipproponu lill-attakkant tagħhom Kvicha Kvaratskhelia sabiex iġedded il-kuntratt magħhom. Il-plejer baqa’ wieħed favorit mhux biss mal-partitarji Naplitani iżda wkoll mal-kowċ Antonio Conte li jarah plejer li ma tantx jista’ jgħaddi mingħajru. Min-naħa tiegħu, il-plejer minn Georgia jinsab kuntent fi Stadio Diego Armando Maradona u m’għandux problemi biex iġedded il-ftehim mal-klabb Partenopeo.

Kvaratshkelia għandu 23 sena fejn lagħab 74 partita ma’ Napoli filwaqt li skorja 26 gowl.

Ekonomija

Sport