Wednesday, October 9, 2024

Samuel Eto’o għal darb’oħra fl-inkwiet

Aqra wkoll

Il-president tal-Federazzjoni tal-Futbol tal-Kamerun Samuel Eto’o ġie sospiż għal sitt xhur u projbit li jidħol fl-istadium sabiex jara logħbiet tat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu kemm fil-kategorija maskili kif ukoll dik femminili.

Eto’o ġie mwissi minn xi membri tas-sigurta’ waqt logħba mit-tazza tad-dinja femminili ta’ taħt l-20 sena bejn il-Kamerun u l-Brażil f’Bogota b’dan tal-aħħar jinjora dawn l-appelli.

Eto’o diġa’ għandu każ ieħor relatat ma’ firma li għamel ma’ ditta tal-imħatri sportivi, xi ħaġa li ma tantx kienet milqugħa mill-pubbliku inġenerali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport