Tuesday, August 4, 2026
Home Sport Luis Enrique jitkellem dwar il-każ Ousmane Dembele

Luis Enrique jitkellem dwar il-każ Ousmane Dembele

0
116

Hekk kif ilbieraħ Paris St Germain iltaqgħu kontra Arsenal fil-UEFA Champions League, il-kowċ Luis Enrique tkellem dwar il-polemika li nqalgħet ma’ Ousmane Dembele li tħalla barra mill-iskwadra għal din il-partita.

Il-kowċ Spanjol qal li kuntrarju għal dak li qalu l-mezzi tax-xandir, ma kien hemm l-ebda battibekk li nqala’ bejnu u bejn il-plejer Franċiż. Hu qal li Dembele m’uriex l-impenn normali tiegħu u hi xi ħaġa normali li hu bħala kowċ irid jieħu d-deċiżjonijiet.