Monday, March 18, 2024

Nathaniel Barbara Rebbieħ fl-aħħar tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran

Aqra wkoll

Nathaniel Barbara, għalkemm mhux wieħed mill-favoriti rnexxielu jirbaħ l-aħħar tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran u l-Baħar l-Iswed li saret fil-Korsa del Mediterraneo f’Siracusa l-Ġimgħa waranofsinhar.

Barbara, li kien qed jirrappreżenta lil Pajjiżna għall-ewwel darba, irnexxielu jaqsam il-linja finali l-ewwel biż-żiemel Boss FKS u peress li din it-tiġrija kienet iġġorr punti doppji meta miżjuda mal-punti diġà akkumulati fit-tapep preċedenti ġibna total ta’ 41 eżatt daqs ir-Rumanija li f’din l-aħħar tappa spiċċaw fit-tieni post. Peress li r-Rumanija ma kienet akkwistat l-ebda rebħa t-tim Malti li kien jikkonsisti minn Noel Baldacchino, Nathaniel Barbara u Paul Galea ġie ddikjarat rebbieħ ta’ dan il-Kampjonat.

Ekonomija

Sport