Friday, May 3, 2024

Nayef Aguerd se jkun nieqes għall-Marokk kontra l-Portugall

Aqra wkoll

Hekk kif għada t-tim nazzjonali Marokkin jilgħab il-logħba mill-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Portugall, il-kowċ Walid Regragui għandu intopp żgħir hekk kif id-difensur ċentrali Nayef Aguerd weġġa’ waqt sessjoni ta’ taħriġ li kellhom ilbieraħ filgħodu. 

Aguerd ġie invistat mit-tabib tat-tim li eventwalment ma ċċertifikahx tajjeb sabiex jilgħab fil-logħba t’għada. Postu mistenni jieħdu l-eks plejer ta’ Genoa u Perugia Jawad El-Yamiq.

Sport