Sunday, May 5, 2024

New Zealand: Erba’ feruti wara attakk b’mannara f’ristoranti Ċiniżi

Aqra wkoll

Erba’ persuni ndarbu wara li allegatament attakka lill-klijenti b’mannara f’diversi ristoranti Ċiniżi f’Auckland, New Zealand. Filmati wrew nies joħorġu jiġru ‘l barra minn ristorant, wara li raġel daħal ġewwa u beda jattakka lin-nies. L-inċident seħħ it-Tnejn, għall-ħabta tad-9.00 p.m. (ħin lokali).

Xhieda fuq il-post li tkellmu mal-midja lokali qalu li l-aggressur kien qed iġorr diversi armi oħra fosthom oġġett iebes. Il-Pulizija qalet li raġel ta’ nazzjonalità Ċiniża ġie arrestat fuq il-post.

Huwa qed ikun akkużat li kkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi fuq il-persuni, għalkemm ismu u l-età tiegħu ma ġewx imxandra. Il-Pulizija qalet li l-attakk ma jidhirx li kien motivat minħabba r-razza u kien qed jiġi trattat bħala inċidet iżolat. Tliet persuni għadhom qed jingħataw il-kura fl-ispar iżda jinsabu f’kundizzjoni stabbli.

Il-Pulizija kienu rċevew rapporti mis-subborg ta’ Albany, dwar attakki fir-ristoranti Zhangliang Malatan, Yues Dumpling Kitchen u Maya Hotpot.

Sport