Sunday, December 22, 2024

Neymar irid li l-coach Jorge Jesus jitkeċċa

Aqra wkoll

Jidher li l-attakkant ta’ Al-Hilal, Neymar, diġà qed jikkawża ħafna drama fl-Arabja Sawdija.

Iffirmat mill-club tal-Saudi Pro League mingħand Paris St-Germain f’Awwissu, is-superstilla Brażiljan għad irid jiskorja għall-club il-ġdid tiegħu.

Neymar huwa talent ta’ klassi dinjija – wieħed mill-aqwa players li qatt kien hawn – iżda l-attitudni tiegħu barra l-ground taffettwa b’mod negattiv kif jiġi perċepit.

PSG kienu aktar minn kuntenti li jneħħu lill-player ta’ 31 sena dan is-sajf hekk kif il-ġe­rarkija tal-club dehret se tidħol f’era ġdida bil-qawwa tal-players issa hija xi ħaġa tal-passat.

Minkejja li ma kellhomx bidu mixtieq għall-istaġun, l-atmosfera fil-Parc des Princes tidher aħjar.

Sadanittant, skond rapporti f’Riyadh, Neymar iddeċieda li jieħu d-drama kollha tiegħu lejn il-Lvant Nofsani.

Jidher li Neymar ma jħossux kuntent fl-Arabja Saw­dija u kellu konfront kbir mal-manager tiegħu, Jorge Jesus, wara l-partita taċ-Cham­pions League tal-Asja kontra t-team ta’ Uzbe­kistan, Navbahor Namangan.

Il-coach Portugiż jidher li kkritika lill-player ta’ 31 sena għall-attitudni ħażina tiegħu, li l-player ħa eċċezzjoni għaliha, u talab lill-kapijiet ta’ Al-Hilal biex ikeċċu lil Jorge Jesus.

Skond il-midja u ‘diversi’ pubblikazzjonijiet fl-Arabja Sawdija rrappurtaw il-konfront bejn Jorge Jesus u Neymar.

Il-qawwa tal-player tista’ tkun il-waqgħa tal-coach, b’taħditiet li diġà qed isiru bejn id-diriġenti tal-club u l-aġent tal-Portugiż, li wissa lill-klijent tiegħu li jista’ jitkeċċa.

Rapporti jissuġġerixxu li Neymar irid jerġa’ jingħaqad mal-eks coach tiegħu tal-Brażil, Tite.

Rapport mill-pubblikazzjoni tal-media Spanjola jgħid li Jorge Jesus u Neymar kienu qrib ħafna ta’ ‘alterkazzjoni fiżika’ wara l-partita kontra Navbahor, li wasslet biex il-player ‘talab’ li l-kap tiegħu jitneħħa minnufih.

Mingħajr telfa fil-Pro League b’ħames reb­ħiet mill-ftuħ tas-seba’ logħbiet tagħhom fil-kampjonat, Jorge Jesus ġie ‘mwissi’ mill-ġerarkija ta’ Al-Hilal. 

Ekonomija

Sport