Wednesday, April 24, 2024

Neymar se jibqa’ barra sa tmien ġimgħat

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Paris St-Germain, Neymar (ritratt), se jibqa’ barra sa tmien ġimgħat wara li sofra ħsara fil-ligamenti tal-għaksa, ikkonferma l-club Franċiż.

Il-player internazzjonali tal-Brażil, 29 sena, ġie maħruġ fuq stretcher fl-aħħar minuti tar-rebħa barra minn darhom ta’ 3-1 tal-Ħadd li għadda f’Saint-Etienne.

Neymar se jitlef seba’ logħbiet minn Ligue 1 kif ukoll l-aħħar logħba tal-fażi tal-gruppi taċ-Champions League.

“It-testijiet li saru jikkonfermaw li Neymar sofra injury fil-ligament tal-għaksa tax-xellug,” qal il-club Pariġin.

Il-club żied jgħid li se jsir aġġornament ieħor fi żmien 72 siegħa.

Domestikament, PSG jinsabu 12-il punt fuq Rennes li qed jokkupaw it-tieni post, filwaqt li fiċ-Champions League huma garantiti li jispiċċaw it-tieni fi Grupp A meta diġa’ għaddew għall-Aħħar 16.

PSG se jilagħbu f’darhom kontra Club Brugge fis-7 ta’ Diċembru, qabel ma jerġa’ jibda t-tournament fi Frar.

L-eks midfielder ta’ Liverpool, Georginio Wijnaldum, 31 sena, kellu jirritorna għat-taħriġ din il-ġimgħa wara li tilef il-logħba kontra Saint-Etienne b’injury fl-irkoppa.

Madankollu, illum huwa mistenni li jkun nieqes mill-partita f’darhom kontra Nice.

Sport