Thursday, April 25, 2024

Artie III ta’ Lee Satariano jirbaħ l-RMYC Autumn Round Comino Race

Aqra wkoll

Spinnakers bl-aħmar, oranġjo u roża taw xgħira kkulurita tal-Port ta’ Marsamxett f’ġurnata xita u temp mdallam. Tnax-il dgħajsa ħadu sehem fit-tellieqa madwar Kemmuna ospitata mir-Royal Malta Yacht Club.

Hekk kif ix-xita ma waqfitx nieżla fuq il-flotta matul il-biċċa l-kbira tal-korsa ta’ 30 mil nawtiku, il-kundizzjonijiet tar-riħ – qrib il-25 il-mil nawtiku, kienu perfetti biex jipprovdu lid-dgħajjes b’kundizzjonijiet għal tellieqa qasira iżda mgħaġġla li rat mewġ kbir lejn il-punent ta’ Kemmuna iżda ġeneralment ċatt fuq in-naħa tal-lvant ta’ Malta.

Hekk kif l-Uffiċjal tat-Tellieqa Peter Dimech tefa’ l-flotta f’bidu wieħed, il-jott Calypso tal-familja Ripard, Vivace ta’ Andrew Agius Delicata u Artie III ta’ Lee Satariano ħadu posthom fuq quddiem u mexxew il-flotta barra mill-port. Minn dak il-ħin l’hemm Satariano stabilixxa vantaġġ konsiderevoli hekk kif mexxa l-jott HH42 madwar il-Fairway Buoy qabel ħa rotta dritta lejn Kemmuna.

Wara Artie III kien hemm Calypso, Vivace, Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin u Comanche Raider III ta’ Ramon Sant Hill. Fil-flotta tal-cruisers kienet il-jott Janissah ta’ Mario Debono li ħarġet l-ewwel.

L-ewwel li spiċċa t-tellieqa quddiem l-RMYC kien Artie III ta’ Satariano li rebaħ ukoll il-Klassi tiegħu – IRC1. Fl-IRC 2 Andrew Agius Delicata u Matthew Gabriele bil-jott Vivace ħadu l-unuri filwaqt li l-Klassi Cruisers intrebħet minn Janissah ta’ Mario Debono.

“Il-kundizzjonijiet koroh u mxarrbin ma għamlu xejn biex inaqqsu l-ispirtu kompetittiv tal-flotta l-Ħadd filgħodu. Minkejja x-xita, il-kundizzjonijiet tar-riħ u tal-baħar kienu tajbin għaltellieqa qasira u mgħaġġla. !” spjega l-Uffiċjal tat-Tellieqa Peter Dimech.

Il-premjijiet lir-rebbieħa se jingħataw f’serata ta’ Għoti tal-Premjijiet nhar il-Ħamis 9 ta’ Diċembru.

L-RMYC jirringrazzja lil Peter u Simone Dimech u Edgar Warrington għall-assistenza tagħhom waqt it-tellieqa.

It-tellieqa li jmiss fuq il-Kalendarju tat-Tlielaq RMYC hija ż-Zhik Double Handed Figure of Eight Round Malta li qed tiġi ppreżentata minn RLR Yachting. It-Tellieqa se ssir is-Sibt 4 ta’ Diċembru.

IRC Class 1
1stArtie IIILee Satariano
2ndTon Ton Laferla InsuranceJonathan Gambin
3rdComanche Raider IIIRamon Sant Hill
IRC Class 2
1stVivaceAndrew Agius Delicata / Matthew Gabriele
2ndCalypsoSebastian & Tom Ripard
3rdJYS JanSaul Vassallo
IRC Cruiser Class
1stJanissahMario Debono

Sport