Thursday, May 16, 2024

Nice jakkwistaw lil Salvatore Sirigu

Aqra wkoll

OGC Nice ikkonfermaw li għadhom kemm iffirmaw lill-gowlkiper Taljan ta’ esperjenza Salvatore Sirigu. Hu kien jinsab bħala aġent ħieles u għalhekk seta’ jiffirma ma’ min irid.

Les Aiglons, kif inhuma magħrufa, ħabbru dan kollu hekk kif faħħru l-kwalitajiet ta’ Sirigu li għamel żmien jgħasses il-lasti ta’ Fiorentina u anke ta’ Paris St Germain.

Sirigu ilu jitħarreġ ma’ Nice għal dawn l-aħħar ħmistax iżda lbieraħ dan kollu sar uffiċjali.

Sport