Saturday, May 4, 2024

Niġerjan mixli li kkaġuna ġrieħi gravi fuq persuna

Aqra wkoll

Raġel min-Nigerja inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti fejn ġie mixli li b’mod volontarju kkaġuna ġrieħi gravi fuq persuna oħra.

Fil-Qorti, Ismael Alirou ta’ 33 sena ġie mixli li nhar il-Ħadd li għadda ħebb għal persuna u kkawżalu ġrieħi f’idejh, f’wiċċu u f’għonqu.

Alirou, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u wera x-xewqa li f’seduta oħra jingħata ċ-ċans li jispjega għalfejn seħħ dan kollu u li għalih kien biss “self-defence”.

L-imputat ġie mixli ukoll li kiser il-paċi pubblika, li naqas milli jirreġistra e-kickscooter mingħajr ma kien kopert b’polza tas-sigurtà. Alirou ġie mixli ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti fuq żewġ każijiet meta kien ingħata l-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat li l-imputat jibqa’ miżmum taħt arrest preventiv.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Ian Vella.

Sport