Sunday, December 22, 2024

“Nikkultivaw l-idea li nagħtuh il-ħin liberu”

Il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Steve Ellul iżur il-General Workers’ Union

Aqra wkoll

Fi żjara li għamel il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Steve Ellul fil-binja tal-General Workers’ Union, iltaqa’ mal-amministrazzjoni tal-GWU. Flimkien iddiskutew uħud mill-aktar suġġetti proposti li jinsabu fuqnett tal-aġenda għal soċjetà aktar ġusta.

Fosthom issemmiet il-kwistjoni ta’ ħlas ugwali għal xogħol tal-istess valur. Sitwazzjoni li jinsabu fiha ħaddiema tal-kuntrattur li jitħallsu inqas minn sħabhom tal-kumpanija nnifisha. Il-kandidat Steve Ellul qal li hemm ħtieġa li l-liġi titwessa’ u jaqbel perfettament mal-GWU li ilha tisħaq għal ħlas indaqs għal xogħol tal-istess valur.

Semma’ wkoll li qed jara li mhux qed tinżamm il-kriterja li tgħid li post tax-xogħol għandu jħaddem persuni b’diżabilità (2% tal-work force) meta l-ammont ta’ ħaddiema jaqbeż il-50 persuna. Huwa saħaq li din il-kriterja hemm bżonn li tiġi infurzata.

“F’dan il-każ nemmen li hemm bżonn li jsir taħriġ speċifiku lill-ħaddiema biex dawn jgħinu lill-persuni b’diżabilità li jkunu jaħdmu magħhom iħossuhom f’ambjent komdu għalihom. Jien inħoss li m’aħniex nagħmlu biżżejjed għal dawn in-nies li jekk ittihom l-ambjent it-tajjeb se jagħtu l-parti tagħhom,” saħaq Ellul.

L-amministrazzjoni tal-GWU semmiet il-bżonn li ssir implimentazzjoni ta’ taħriġ f’ħiliet ġodda hekk kif l-Intelliġenza Artifiċjali qed tidħol sew. Għalhekk il-ħaddiema se jkollhom bżonn jitħarrġu f’sistema teknoloġiċi ġodda biex jaħdmu flimkien magħha hekk kif il-progress mhux se nwaqqfuh.

“Naqbel perfettament li jsiru upskilling courses għall-ħaddiema. Is-sistemi edukattivi f’pajjiżna jeħtieġu li jkunu aġġornati u joffru t-taħriġ meħtieġ għax-xogħol li ġej għada kemm waqt il-ħin tax-xogħol u anke wara,” kompla jgħid il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-PE.

Steve Ellul qal ukoll li jixtieq jara l-introduzzjoni ta’ ġimgħa xogħol ta’ erbat ijiem. Proposta li kienet għamlet il-GWU fil-proposti għall-aħħar baġit. Din il-propostaġiet aċċettata u qed tiġi prattikata mis-Servizz Pubbliku dik ta’ 4 day week. Permezz ta’ din il-miżura introdotta l-ħaddiema jistgħu jitolbu li jqassmu l-40 siegħa ta’ xogħol fuq erbat ijiem, dejjem jekk il-kundizzjonijiet jippermettu.

Steve Ellul saħaq li jixtieq jara l-ħtieġa li jkun hawn anke żieda fil-pagi tal-ħaddiema. B’hekk il-ħaddiema jkollhom aktar ħin ta’ mistrieħ u rikreazzjoni filwaqt li se jkollhom aktar flus f’idejhom, u dan kollu se jissarraf f’aktar familji b’saħħithom.

Ekonomija

Sport