Ħafna minnkom jafuni bħala kummentatur fuq l-affarijiet barranin. M’għanda tkun sorpriża xejn allura li ngħid li meta ġejt mistoqsi biex nibda nikteb fuq dan is-sit, l-idea kienet li l-kitbiet tiegħi jkunu jitrattaw affarijiet internazzjonali u ġrajjiet kurrenti. Bħala avukat li niffoka fuq il-liġi internazzjonali, u konsulent fuq affarijiet politiċi, dik hija l-ispeċjalizzazzjoni tiegħi. Biss pero’, wara perjodu ta’ riflessjoni f’dan ir-rigward, wasalt għall-konklużjoni li m’għandix niffoka biss fuq ix-xenarju internazzjonali, imma li għandi nħares lejn il-qasam domestiku wkoll.
Ibda biex, għandek ħafna kwistjonijiet internazzjonali li jaffetwaw lilna l-Maltin b’mod dirett, u dawn huma kwistjonijiet li sfortunatament rari jiġu spjegati sew hawn Malta. Għaldaqstant, apparti ġrajjiet kurrenti kumplessi, fil-kitbiet tiegħi ser inkun qed nara li nispjega kif affarijiet internazzjonali jistgħu ikollhom impatt dirett fuq Malta.
Apparti hekk, nixtieq li nindirizza wkoll ċertu problemi filosofiċi u kulturali li għandna Malta. Dan l-aħħar kellek ħafna kritika fuq azzjonijiet u kwistjonijiet kwalunkwe. Biss pero’, din il-kritika tkun dejjem indirizzata lejn l-azzjoni nnifisha, u mhux lejn il-kawża u l-istorja li tkun waslet għal din l-azzjoni. Xi kultant ikun mingħalik li taf storja, imma tkun taf biss kif tispiċċa. Biex verament tkun tista’ tara kollox, trid tmur fil-bidu nett ta’ fejn tibda l-istorja. Jekk jista’ jkun fl-għeruq tagħha, fejn umbgħad inkunu nistgħu nindirizzaw kwistjoni b’mod li verament ikun effettiv. Nista’ nittama biss li l-kitbiet tiegħi jkunu ta’ għajnuna f’dan ir-rigward. Inselli għalikhom lkoll!