Tuesday, December 24, 2024

“Ninsab lura f’kamarti wara tmint ijiem fl-ITU”- Jake Vella

Aqra wkoll

“Ninsab lura f’kamarti f’Disneyland Ward wara li niġġieled għal ħajti għal tmint ijiem fl-ITU. Irrid nesprimi l-gratitudni tiegħi lit-tim inkredibbli li ħa ħsiebi u tani ħajti lura, kif ukoll lil kull min talab għalija u bagħatli messaġġi. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, irrid nesprimi l-gratitudni tiegħi lill-ġenituri inkredibbli tiegħi, li jappoġġawni kuljum”

Dan kien il-messaġġ li tella Jake Vella, it-tfajjel seraq il-qlub ta’ bosta persuni li fl-aħħar snin komplew isegwu mill-qrib l-istorja tiegħu anke minħabba d-determinazzjoni tiegħu biex jegħleb il-kundizzjoni tar-Rapid-onset Obesity with Hypothalamic dysfunction (ROHHAD).

Ftit tal-jiem ilu Puttinu Cares kiteb dan il-messaġġ; “Ejja ningħaqdu lkoll flimkien u nibqgħu nitolbu Jake. Minkejja d-daħka fuq fommu nafu li. qed ibati ħafna. Jake aħna lkoll warajk. Nibgħatu tgħanniqa lill-ġenituri tiegħu li huma ispirazzjoni ta’ imħabba pura”.

Ekonomija

Sport