Tuesday, November 19, 2024

Ninsabu kuntenti ferm b’din ir-rebħa għalkemm nistqarr li l-Kroazja kienu aħjar minna – Felipe Perrone

Aqra wkoll

F’finali mill-isbaħ u li tassew laħqet l-aspettattiva, Spanja, għelbu lill-Kroazja, li kienu qed jilagħbu proprju ġewwa darhom bl-iskor strett ta’ 11-10, biex b’hekk saru Champions tal-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo.

Proprju wara din il-finali, dan is-sit għamel kuntatt mal-captain ta’ Spanja Felipe Perrone, li tana dawn il-kummenti esklussivi:

“Ninsab ferm kunent b’din ir-rebħa għalkemm nistqarr li l-Kroazja lagħbu aħjar minna. Madankollu, aħna għarafna nisfruttaw l-esperjenza tagħna fejn il-player Granados kien fl-aqwa tiegħu.”

Ekonomija

Sport