Friday, May 3, 2024

Nirien f’lukanda li kienet qed tintuża bħala faċilità għall-Covid-19 iħallu 11-il vittma fl-Indja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Nirien li ħakmu lukanda li kienet qiegħda tintuża bħala faċilità minħabba pandemija tal-Covid-19 ħallew 11-il persuna mejta fit-tieni inċident fatali f’perjodu ta’ ftit jiem.

Il-lukanda Hotel Swarna Palace fil-belt ta’ Vijayawada fl-istat ta’ Andhra Pradesh spiċċat f’ħuġġieġa nar kmieni dalgħodu. In-nirien ġew ikkontrollati ftit sigħat wara. Il-membri tas-salvataġġ evakwaw lill-persuni li kienu maqbudin fil-binja ta’ diversi sulari u minn fosthom kien hemm 22 persuna li ddaħħlu l-isptar.

Il-Prim Ministru Narendra Modi esprima l-kondoljanzi tiegħu u wiegħed is-sapport kollu possibbli tiegħu lil dawk li salvaw. Il-Ħamis li għadda tmien persuni nqatlu f’nirien li ħakmu taqsima tal-kura intensiva fi sptar f’Ahmedabad li kien qed jintuża minn pazjenti tal-covid-19.

Sfortunatament dawn in-nirien huma komuni ħafna fl-Indja minħabba nuqqas fil-miżuri ta’ sigurtà bħalma huma fire extingusihers u sistemi li jwissu dwar nirien.

Sport