B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’nirien li żviluppaw f’appartamenti fi Triq is-snajja fl-Imsida.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li għall-ħabta tal-10:00 p.m il-pulizija daħlilha rapport ta’ nirien fil-ħames sular ta’ blokka ta’ appartamenti fl-imsemmija triq. Minnufih ġew imsejħa fuq il-post membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku, iżda fortunatament l-appartament kien laħaq ġie evakwat u n-nirien kontrollati f’qasir żmien.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.