Wednesday, July 24, 2024

“Nirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti… nħares ‘il quddiem biex fil-ġimgħat li jmiss ngħidilkom il-passi li jmiss”

Aqra wkoll

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, wara li bdiet tinstema l-kawża b’rabta mal-inkjesta tal-Vitals, permezz ta’ filmat fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat qal li jirrispetta d-deċżjoni tal-Qorti.

Dan wara li l-Avukat Ġenerali talab u l-Qorti aċċettat din it-talba, illi hu ma jkunx jista’ jitkellem dwar dan il-każ. Huwa qal li għandu ħafna ħsibijiet dwar din it-talba tal-Avukat Ġenerali li saret f’pajjiż tal-Unjoni Ewropea.

Fl-istess messaġġ, Muscat irringrazzja lil mijiet ta’ persuni illi urew solidarjeta miegħu u ma’ familtu fis-sigħat u fil-ġranet li għaddew, kemm permezz ta’ messaġġi, telefonati u fuq kollox dawk illi għoġobhom ikunu preżenti l-Belt Valletta

Ekonomija

Sport