Monday, May 6, 2024

Nisa: Manuela Tesse ssejjaħ l-iskwadra finali għall-partita ta’ ħbiberija kontra Haiti

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali tan-Nisa, Manuela Tesse, sejħet l-iskwadra finali ta’ 22 plejer hekk kif dan it-tim se jiffaċċja lil Haiti f’partita ta’ ħbiberija.

Bħalissa fis-86 post tar-rankings tal-FIFA, Malta se tiffaċċja lil Ħaiti fl-1 ta’ Lulju fl-Iżvizzera. Ħaiti se jieħdu sehem fil-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa organizzata mill-Awstralja u New Zealand li tibda fl-20 ta’ Lulju, l-ewwel darba fl-istorja tal-pajjiż. Il-Head Coach, il-Franċiż Nicolas Delépine inħatar fl-2022. Haiti jinsabu kklassifikati fit-53 post fir-rankings tal-FIFA.

Min-naħa l-oħra, l-impenji internazzjonali tat-tim nazzjonali tan-Nisa jinkludu parteċipazzjoni fil-Women Nations League li għadha kif tnieda u li tibda f’Settembru li ġej. Malta se tkun qed tiffaċċja l-Moldova, il-Latvja u l-Andorra fi Grupp C.

L-iskwadra finali hija:

Goalkeepers: Patricia Ebejer (Mġarr United), Janice Xuereb (Birkirkara)

Difensuri: Rebecca Bajada (Mgarr United), Maia Debono (Mgarr United), Amy Busuttil (Hibernians), Jessica Lee Dimech (Swieqi United), Tammy Falzon (Swieqi United), Emma Lipman (Como Italja), Georgiana Mifsud (Raiders), Jade Schembri (Swieqi United), Emma Xuereb (Swieqi United)

Midfielders: Dorianne Theuma (Swieqi United), Rachel Cuschieri (Sampdoria Italja), Shona Zammit (Swieqi United), Brenda Borg (Mgarr United), Nicole Sciberras (Hibernians),

Attakkanti: Ylenia Carabott (Spezia Calcio Italja), Maya Lucia (Genoa Italja), Yulya Carella (San Gwann), Sarah Vella Barberi (Raiders), Maria Farrugia (Durham Ingilterra), Mariah Sciberras (Swieqi United)

Sport