Saturday, April 27, 2024

“Ġurnata bħal-lum temozzjonani … dħalna għaliha b’eċitament u biża'”

Graziella Bartolo Pizzuto, omm ta' tifla bid-Down's Syndrome

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

” Ġurnata bħal-lum temozzjonani. Temozzjonani għax tant dħalna għaliha b’eċitament u biża. Eċitati għax Faith laħqet stadju ġdid f’ħajjitha, Faith tagħna qegħda tikber! Konna beżgħana għax kellna ħafna mistoqsijiet, għax forsi ma kontx inħossni lesta għal dan l-istadju, ma kontx lesta li nitlaq lil Faith ma’ nies li ma kontx naf min huma, ma kontx naf x’kienu lesti li joffru lil Faith”

Qalet dan Graziella Bartolo Pizzuto, omm ta’ tifla bid-Down’s Syndrome, f’kitba li qasmet fuq il-paġna ta’ Facebook “Up & Up with Faith”, fejn saħqet li bħal-leħħa ta’ berqa ċ-ċkejkna Faith temmet b’suċċess l-ewwel sena skolastika.

Hija kompliet tgħid li: “Jum wara jum, Faith stess bdiet turi entużjażmu kbir biex tmur l-iskola b’daħqa kbira fuq wiċċha, ixxejjirli u tidħol qisha mara żgħira. Jum wara jum bdejt ninduna kemm l-edukaturi tagħha qed isiru jafu min hi Faith, x’inhuma l-bżonnijiet tagħha u x’jagħmilha l-persuna sabiħa li hi. Għallmuha, kabbruha u ħabbewha u ta’ dan m’għandiex fomm biex nirringrazzjahom!”.

Lejn l-aħħar tal-messaġġ tagħha, l-omm qalet li kienet ta’ sodisfazzjon kbir li rat lil bintha tibni ħbiberiji ġodda, li ratha tfittex lil sħabha u li huma kienu ifittxuha lura. Hija stqarret li rat kif Faith tgħallmet tgħid isem sħabha u li anke issemmihom wieħed wieħed id-dar b’isimhom

L-omm enfasizzat u irringrazzjat lil ġenituri talli għalkemm it-tfal għadhom żgħar fl-eta’ qegħdin irawmu fihom il-valur sabiħ tal-inklużjoni li ma jħarsux lejn id-differenzi.

Sport