Friday, May 3, 2024

“Nittama li sakemm nirtira jkollna l-appartamenti fiċ-ċentru ta’ Londra”

Aqra wkoll

Maratona li se tgħin biex tirrealizza l-ħolma ta’ Dr Calvagna

“Nittama li sakemm nirtiraw jien u Reni jkollna l-appartamenti fiċ-ċentru ta’ Londra”. Din kienet ix-xewqa ta’ Dr Calvagna li jkun hawn binja f’nofs Londra li tgħin lit-tfal Maltin u Għawdxin li jkollhom jitilgħu l-Ingilterra għall-kura tal-kanċer.

Bil-kontribut tiegħek, Puttinu se jkunu qiegħed jixtri blokka ta’ 21 appartament mingħajr ċens li se jiffaċilita l-ħajja ta’ ħafna familji li jiġu bżonn Puttinu fl-aktar żminijiet diffiċli.

Puttinu Cares tinsab fl-aħħar fażjiet sabiex tagħlaq ix-xirja ta’ din il-binja ġdida. Puttinu Cares bdiet il-ħidma f’Ottubru 2002 bl-iskop li tnaqqas it-tbatija tat-tfal morda bil-kanċer.

Matul is-snin, in-numru ta’ pazjenti li jsiefru għall-kura żdied ferm. Bħalissa, bejn 60 u 90 pazjent isiefru l-Ingilterra kull xahar, u għalhekk inħass il-bżonn ta’ aktar appartmenti, din id-darba fiċ-ċentru ta’ Londra.

Sport