Tuesday, April 30, 2024

“Nixtieq li d-diskussjoni dwar il-COLA tibda malajr kemm jista’ jkun”

Aqra wkoll

Il-kwistjoni marbuta mal-kumpens tal-għoli tal-ħajja magħruf bħala COLA u jekk dan jirriflettix ir-realtajiet tal-familji Maltin u Għawdxin, hi kwistjoni li b’mod regolari titqajjem. Ma naqsitx li titqajjem fil-Parlament fejn għal mistoqsija mressqa mid-Deputat Laburista Jean Claude Micallef, il-Ministru Carmelo Abela iddikjara li malajr kemm jista’ jkun għandha tinbeda diskussjoni dwar il-mekkaniżmu tal-COLA. Saħaq li jittama li din id-diskussjoni tibda fl-ewwel laqgħa li jmiss tal-MCESD.

Il-Ministru Carmelo Abela fil-Parlament iddikjara li “kien hemm kritika f’dan il-Parlament għall-basket u l-kritika saret anke barra. Imma is-sħab soċjali kienu qablu dwar dan il-basket li fuqu jiġi kkalkulat il-kumpens għall-għoli tal-ħajja. Biex dan jiġi rivedut u niftħu diskussjonijiet mas-sħab soċjali li jinkludu min iħaddem u r-rappreżentanti tal-ħaddiema.  Id-diskussjoni li nixtieq li tibda malajr jekk jista’ jkun fil-laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku Soċjali. Irridu naraw it-triq ‘l quddiem u naqblu kemm jista’ jkun malajr biex dan il-mekkaniżmu ikun diskuss.”

Sport