Friday, April 19, 2024

Nićivojević Dorde huwa l-vittma tal-inċident f’San Ġiljan

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Nićivojević Dorde huwa l-vittma tal-inċident tat-traffiku f’San Ġiljan li seħħ it-Tnejn filgħaxija. 

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm għaqda tad-dilettanti tal-muturi li kien jagħmel parti minnha l-vittma. Fi stqarrija maħruġa minnhom b’reazzjoni għall-aħbar tal-mewt tiegħu qalet li “il-mewt tiegħek ġiet għall-għarrieda u ħallietna maħsudin. Se nkunu qegħdin nibqgħu ngħożżu l-memorji tagħna flimkien. Raġel ġentlom li dejjem lest biex jagħti s-sapport tiegħu lill-ħaddieħor. Jalla tibqa’ ssuq għal dejjem fil-paċi”.

Il-vittma ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei b’urġenza wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u waqa’. Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Sport