Tuesday, April 30, 2024

“Ministru t-tifla li sparixxiet sena ilu qiegħda Manchester” – Id-Deputat tal-PN David Agius

Aqra wkoll

Fil-Parlament id-Deputat Nazzjonalista David Agius qajjem il-każ tat-tifla Arsema, li kienet sparixxiet minn Malta madwar sena ilu. F’intervent fil-Parlament dwar l-estimi finanzjarji għal-Ministeru għas-Solidarjetà, Ġustizzja Soċjai, il-Familja u Drittijiet ta’ Tfal, allega li Arsema qiegħda f’Manchester fir-Renju Unit.

Fl-intervent tiegħu hu stasqsa “fejn hi Arsema? Jien naf fejnha. Qiegħda Manchester Ministru. Il-Pulizija kellhom filmati. Fejnha Arsema? Ilha li sparixixet ‘lf qu minn sena. Fejn huma l-Pulizija?.”

Hu tkellem ukoll dwar it-tfal Haden u Mason u qal li “l-ġenituri tagħhom qaluli biex insemmihom b’isimhom. Haden u Mason tafu min huma Ministru? Dawn tfa li ma jmorux skola. Mason ma jmurx skola tal-Mosta għax m’għandux infermiera. Haden f’Ġunju ingħata facilitator u issa ommu qed tgħidli tellgħu fil-Parlament. Min se jaqbad il-barri minn qrunu? Min se jgħid li jien qed immexxi hawn?”, iddikjara David Agius.

Sport