Tuesday, December 24, 2024

NIŻVELAW MIN KIEN L-AWTUR TAD-DISKORS TA’ BERNARD GRECH U L-AĦĦAR PARIRI LI TAH

“GEORGE VITAL ZAMMIT MHUX TA’ STOFFA LI QED JINGĦAD LI HU” – SORSI MINN ĠEWWA

Aqra wkoll

Il-gazzetta It-Torċa tinsab f’pożizzjoni li tiżvela li l-lettur George Vital Zammit kiteb id-diskors ta’ Bernard Grech tat-Tnejn li għadda fil-Parlament u ftit qabel Grech qrah fil-Parlament, l-istess Vital Zammit kiteb ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista mat-Times li biha ammetta li l-PreBudget Document leaked mill-Partit Laburista ftit qabel kien dokument awtentiku tal-Partit Nazzjonalista u li
suppost baqa’ intern

George Vital Zammit ġie fdat biex jagħmel il-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista u tħabbar minn Bernard Grech ftit talġimgħat ilu iżda s-sorsi ta’
din il-gazzetta qalulna li Vital Zammit qala’ kritika mhux ħażin għal mod kif prepara lil Grech għal diskors importanti fil-Parlament u kif ta reazzjoni fjakka li biha wera d-dgħufija tal-Oppożizzjoni wara leak li mbarazzat lill-partit u lill-Kap tal-Oppożizzjoni.

Fid-dokument leaked, li juri l-awturi tad-dokument, jingħad li fuq diversi proposti ma kienx hemm sustanza tant li jingħad li fuq ċertu proposti hemm bżonn aktar “beef”. Dwar il-leak, Bernard Grech fid-diskors tiegħu pprova ma jagħmilx referenza għalkemm deher li l-prestazzjoni tiegħu kienet ikkundizzjonata mill-konferenza tal-aħbarijiet li għamel ftit tal-ħin qabel il-Partit Laburista.

Fil-ħinijiet ta’ qabel id-diskors jidher li George Vital Zammit tqabbad millKap Bernard Grech biex ilesti reazzjoni għaliex fdah anki bit-tfassil tad-diskors tiegħu fil-Parlament.

Diskors li wasal għandna ftit qabel u li jirriżulta li minnu, Bernard Grech qabeż ħafna tant li ma semmiex bosta affarijiet li suppost kellu jsemmi. L-istess sorsi tagħna qalulna li Vital Zammit jidher mhux jilħaq dak mistenni minnu għaliex wieħed stenna ħafna aħjar mingħandu speċjalment jekk iridha ta’ strateġista politika.

Ħafna qablu dan ma’ Chris Peregin, il-fundatur tal-Lovin Malta, li mar b’ħafna pompa iżda li ma sarraf xejn, anzi fl-agħar riżultat elettorali għall-Partit Nazzjonalista u dan għas-spejjeż ta’ kuntratt ta’ eluf ta’ ewro li qajjem rebus
fost il-ħaddiema fid-Dar Ċentrali fosthom dawk tan-NET, li kienu ntalbu jagħmlu s-sagrifiċċji.

Fil-fatt saru mistoqsijiet jekk kienx Vital Zammit li ta parir lil Bernard Grech jgħid
li fuq id-dejn, taħt it-tmexxija tiegħu ma sar l-ebda avvanz u sa issa l-Partit Nazzjonalista għadu b’dejn ta’ viċin it-€32 miljun.

George Vital Zammit bħalissa qed ikun l-istamperija u ngħata carte blanche mill-Kap Bernard Grech, bis-sorsi tagħna qalulna li Bernard Grech qal lil-lettur li kemm il-darba jsir Prim Ministru, ma jdumx ma jagħmlu Rettur tal-Università.

Ekonomija

Sport