Saturday, May 18, 2024

Nomina internazzjonali għad-Delegat Malti tal-EHF Alan Grima

Aqra wkoll

Id-Delegat Malti tal-EHF Alan Grima ġie nominat mill-Federazzjoni Ewropea tal-Handball biex is-Sibt jmexxi partita tat-Tazza Ewropea tal-Irġiel tal-EHF.

Alan Grima se jkun f’Vise, il-Belġju għall-partita tal-ewwel leg tat-3rd Round tal-EHF European Cup bejn HC Vise BM (Belġju) u OIF Arendal (Norveġja). Ir-referees nominati għall-partita huma Vanja Antic u Jelena Jakovljevic mis-Serbja.

Sport