Friday, December 27, 2024

Olivier Giroud se jġedded ma’ Milan

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Franċiż, Olivier Giroud,  laħaq ftehim ma’ Milan biex iġedded il-kuntratt tiegħu. 

Ir-rappreżentanti tiegħu, Vincenzo Morabito u Michael Manuello, l-Erbgħa ltaqgħu mad-diriġenti tar-Rossoneri biex jippruvaw jaqblu mat-termini ta’ ftehim ġdid għar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2018, li l-kuntratt attwali tiegħu jiskadi fi żmien tliet xhur.

Il-laqgħa bejn iż-żewġ partijiet kienet pożittiva, b’Giroud ħerqan li jkompli l-avventura tiegħu ma’ Milan. Il-player ta’ 36 sena rrifjuta offerta ta’ €10m mingħand Everton fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, li kien sinjal tax-xewqa tiegħu li jibqa’ jilgħab fil-Lombardia.

Il-firma tal-kuntratt se torbtu sa Ġunju 2024 li se jkun jiswa €3.8 miljun wara t-taxxa flimkien ma’ bonuses oħrajn. 

Giroud mistenni jiffirma qabel l-ewwel leg tal-kwarti-finali tal-UEFA Champions League kontra Napoli, fit-12 ta’ April li ġej. 

Ekonomija

Sport