Sar magħruf li l-klabb mill-Major League Soccer Amerikana Los Angeles Galaxy ftiehmu verbalment mal-attakkant veteran Franċiż Olivier Giroud sabiex fil-bidu tal-istaġun li ġej, iħalli lil AC Milan u jmur jilgħab fl-Istati Uniti.
L-ispekulazzjonijiet kienu ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar jiem bir-Rossoneri li kienu diġa’ qed ifittxu attakkant ieħor minfloku.
Il-plejer ta’ 37 sena hu favorevoli għal dan it-trasferiment bl-ewwel kuntratt inizjali li mistenni jdum sa Ġunju 2024.
Fil-passat Giroud lagħab ukoll ma’ Tours, Montpellier, Arsenal u Chelsea.