Saturday, December 14, 2024

Omm toqtol 3 itfal “għax kienet għaddejja minn żmien ħażin”

Aqra wkoll

Omm Ingliża ġiet arrestata fuq suspetti li kienet hi li qatlet 3 itfal għax skont il-ġirien tagħha “kienet għaddejja minn żmien ħażin” wara l-aħħar wild tagħha.

Kien nhar il-Ħadd li għadda meta l-pulizija marru f’dar f’ Blaise Walk, Sea Mills fejn sabu t-tfal mejtin. Huma kienu rċivew telefonat mingħand is-servizz tas-saħħa fuq suspetti li kienu nqatlu xi tfal.

L-omm li għandha 42 sena qalet lill-pulizija li kienet ilha tgħix f’dik il-belt minn 2017. Hija ttieħded lejn l-isptar biex tingħata l-kura wara li dehret li ma kinitx f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba filwaqt li baqgħet tinżamm arrestata.

Waħda mill-ġirien li tkellmet mal-midja qalet li “kienet omm ħelwa ħafna u dejjem tieħu ħsieb lil uliedha. Kont nieħu gost nitkellem magħha u mat-tfal. Naħseb li kienet għaddejja minn żmien ħażin ħafna wara l-aħħar wild tagħha… qatt ma ħsibt li se twettaq dak li wettqet.”

Tnejn minn uliedha kienu jattendu l-iskola primarja ta’ Sea Mills u hekk kif ħarġet l-aħbar li dawn kienu nstabu mejtin, l-awtoritajiet tal-istess skola ddeċidew li l-iskola tibqa’ magħluqa b’rispett.

Ekonomija

Sport