Tuesday, August 25, 2026
Home Internazzjonali Omm u bint imutu wara li ntlaqtu minn sajjetta fi Florida

Omm u bint imutu wara li ntlaqtu minn sajjetta fi Florida

0
51

Omm ta’ 31 sena u bintha ta’ sentejn tilfu ħajjithom traġikament nhar il-Ħadd li għadda meta ntlaqtu minn sajjetta fi Florida fl-Istati Uniti.

Ir-raġel tal-vittma u missier it-tifla qal li “tlift l-aqwa ħabiba tiegħi… u binti tilfet l-aqwa ħabiba li qatt seta’ jkollha.” Qal li t-tifla li mietet hija tewmija ma’ tifla oħra u hu wiegħed li se jkun qiegħed ifakkar il-memorja kemm ta’ oħtha u anke ta’ martu kuljum biex żgur it-tifla li għadha ħajja ma tinsihomx.

Kenya Glasgow ta’ 31 sena u bintha Kennedi “kważi nħarqu” ħajjin bis-sajjetta. Skont rapporti fil-midja internazzjonali l-omm kienet qiegħda tivvjaġġa maż-żewġ ulied tagħha meta sajjetta laqtithom. Waħda mit-tfal irnexxielha ssalva mingħajr ebda ġrieħi.

Persuni li kienu fit-triq ċemplu mill-ewwel għall-għajnuna iżda l-vittmi ġew iċertifikati mejtin fuq il-post. It-tifla kellha żewġ toqbdiet qrib qalbha kawża tas-sajjetta.

📷 Kam Glasgow/Facebook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here