Omm Ukrena tilfet ħajjitha hekk kif kienet qiegħda tipprova tipproteġi lill-ulieda wara attakk mill-forzi Russi fuq il-kapitali Kiev. Fil-mira tal-attakk kien hemm blokk ta’ appartmenti li fih kien hemm l-omm, ommha u ż-żewġ uliedha.
Veronika Chuyan ta’ 28 sena tilef ħajjitha ftit metri ‘l bogħod fejn kellu jkun ta’ sigurtà għalija, iżda fl-attakk ma laħqitx waslet.
Binha Jacob, ta’ 3 snin sofra ġrieħi serji f’idu u minn meta twettaq l-attakk diġà sarulu ħames operazzjonijiet. Jasim ta’ ħames snin ma sofra l-ebda ġrieħi hekk kif ommu laqħet daħlitu fil-post sigur.
F’dan l-attakk inqatlu mill-inqas sitt persuni u aktar minn 20 oħrajn sfaw midrubin.
Jirriżżulta li l-omm hekk kif rat li beda l-attakk, qabdet lill-uliedha u ħarbet bihom biex tipproteġihom. Huma kellu jaslu f’post sigur, iżda kien it-tifel il-kbir biss li laħaq daħal.



