Sunday, December 22, 2024

Organizzat il-ħames round tal-Hillclimb f’Għawdex

Aqra wkoll

Il-Ħadd 24 ta’ Settembru Island Car Club organizza l-ħames Round tal-Enemed, England Insurance National Hillclimb Championship fix-Xagħra f’Għawdex.

Christian Azzopardi, temm il-ġurnata bħala r-rebbieħ fost is-sewwieqa kollha, segwit minn Dominic Zammit, u Terence Vella.

L-iktar sewwieq veloċi ta’ karozza rear wheel drive kien Noel Galea, L-iktar sewwieq veloċi ta’ karozza front wheel drive kien Gabriel Sammut, u Chris Aquilina l-iktar veloċi f’karozza four wheel drive. Stefanie Calleja kienet l-iktar mara veloċi, Nicky Gauci kien l-iktar sewwieq veloċi taħt il-25 sena, Silvio Sciberras kien l-iktar sewwieq veloċi li għandu aktar minn 60 sena, Lucas Pace l-iktar veloċi f’karozza klassika, Kyle Agius rebaħ il-klassi għal-guests filwaqt li Sascha Blanco rebaħ il-klassi għal-karozzi tat-triq.

Is-sitt rawnd tal-Enemed, England Insurance National Hillclimb Championship huwa mistenni li jsir fil-15 ta’ Ottubru. Madankollu, id-dilettanti kollha tal-motorsport jistgħu jgawdu l-Malta Classic Hillclimb fl-Imtahleb nhar il-Ħamis 5 ta’ Ottubru, u tlielaq tal-karozzi klassiċi s-Sibt 7 u l-Ħadd 8 ta’ Ottubru qrib l-Imdina.

Ekonomija

Sport