Sunday, December 22, 2024

Organizzat it-tieni round tal-Kampjonat tal-Hillclimb

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Il-Ħadd 14 ta’ April, Island Car Club organizza t-tieni round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb għal din is-sena fil-Girgenti, il-limiti tas-Siġġiewi.

Ir-rebbieħ ta’ dan ir-round huwa Christian Azzopardi segwit minn Terence Vella u Jean Vella. Noel Galea kien l-aktar sewwieq veloċi fuq karozza rea wheel drive, Didier Bugeja fuq karozza front wheel drive, Joseph Calleja kien l-iktar veloċi fuq karozza four wheel drive u street legal, Isaac Burlo l-iktar veloċi fuq karozza klassika, Martina Caruana l-iktar mara veloċi, David Grech kien l-aktar sewwieq veloċi ta’ aktar minn 60 sena, Nicholas Micallef l-iktar sewwieq veloċi taħt il-25 sena, u Craig Pace l-iktar guest veloċi.

L-attività saret bl-appoġġ tal-Enemed, MeDirect Bank Malta, England Insurance, The Point Malta u sponsors oħra.

Ir-rawnd li jmiss huwa skedat għat-28 ta’ April, fil-Baħrija.

Ekonomija

Sport