Wednesday, December 25, 2024

Oriana kienet persuna speċjali u maħbuba minn kulħadd

Aqra wkoll

“B’qalbi mimlija uġigħ u emozzjonijiet, qed nappella lill-Maltin u l-Għawdxin kollha sabiex Oriana tingħaqad lura magħna ħalli jsirilha l-funeral.Oriana kienet persuna speċjali, maħbuba u apprezzata minn dawk kollha li kellhom ix-xorti li jafuha. Il-mewta tagħha ħalliet vojt li ma jistax jimtela f’ħajjitna”.

Dan kien il-messaġġ li wasslet Erika Marino, bil-għan li l-vittma Oriana Bertolino, li tilfet ħajjitha nhar is-Sibt li għadda, wara li nqalbet bil-quadbike mill-irdum għal isfel fl-Għarb Għawdex, tkun tista’ tinġieb l-Italja sabiex isirilha l-funeral mal-familjari tagħha.

Fl-istess messaġġ, Erika qalet li kull kontribuzzjoni, kbira jew żgħira, se tagħmel differenza u se tkun ta’ għajnuna għall-familjari tal-vittma f’dan il-mument tant diffiċli għalihom- https://www.gofundme.com/f/raccolta-fondi-in-memoria-di-oriana-bertolino

Ekonomija

Sport