Sunday, November 10, 2024

Ousmane Dembele jista’ jinqatagħlu parti kbir mill-bonus tiegħu

Aqra wkoll

Każ kurjuż qam matul din il-ġimgħa f’Barcelona hekk kif Ousmane Dembele jista’ jkollu l-bonus tiegħu mnaqqas drastikament ġaladarba jerġa’ jweġġa’ u jibqa’ barra mil-logħob għal xi żmien.

Skond waħda mill-klawsoli tal-club mill-Katalunja hemm li player jitħallas bonus sħiħ jekk għallinqas ikun qabeż il-50 fil-mija ta’ presenzi fil-ground.

Dembele, li ilu jilgħab fil-Camp Nou sa mis-sena 2017, qatt ma kien regolari fil-logħob tiegħu minħabba injuries persistenti li jkollu minn żmien għal żmien.

Fl-istess waqt ħafna kritiċi ta’ La Liga Spanjola qed jgħidu li miżura bħal din se sseħħ minħabba problemi finanzjarji li qed jaffaċċjaw il-Katalani.

Sport