Saturday, May 4, 2024

“Paceville żona taħraq… Għandu jkun hemm skwadra speċjali” – Is-Segretarju tal-POU

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’intervista li dan is-sit kellu mas-Segretarju tal-POU Chris Ellul tkellimna dwar numru ta’ sfidi li qegħdin jaffaċċjaw għadd ta’ Pulizija u fost dawn ssemmiet il-ħidma f’Paceville.

Skont Ellul, ħafna minnhom jaħdmu hemm b’sahra sfurzata. Chris Ellul meta mistoqsi dwar dan jgħidilna li “ppubblikajna rapport dwar Paceville u dwar x’forma ta’ soluzzjoni jista’ jkun hemm għal dan il-post. Aħna rajna x’għamlu f’Los Angeles fejn jidħlu żoni tad-divertiment. Nemmnu li  Paċeville ma jistax jibqa’ jiddependi fuq il-Pulizija. Hemm ċertu xogħlijiet li l-Pulizija għandhom jinħallu minnhom u dan biex jiffukaw fuq is-sigurtà f’dan il-post. 

Is-sitwazzjoni hi li qed jitpoġġew Pulizija b’sahra sfurzata. Il-motivazzjoni għal din il-ħidma mhijiex l-aħjar li tista’ tkun.  Hemm sitwazzjoni fejn mhux kulħadd ikun irid jagħmel sahra sfurzata. Nemmnu li għandu jkun hemm  skwadra tal-komunità f’Paceville. Dawn għandu jkollhom allowance talli jaħdmu hemm u dawn għandhom ukoll jingħaw taħriġ speċjali. Hemmhekk hemm sitwazzjoni fejn  ħafna drabi trid tinnegozja ma’ nies li mhumiex fl-aħjar sens tagħhom. Nemmnu wkoll li nistgħu nesploraw biex il-Pulizija jaħdmu part-time (min irid) bħala securities fl-istabbilimenti. B’hekk tinħoloq aktar koperazzjoni.  Il-problema li bħalissa hawn Malta hi li faċli li ġġib liċenzja għal uffiċjal tas-sigurtà. L-uffiċjali tas-sigurtà llum xogħolhom hu li jieħdu ħsieb l-istabbiliment. Jekk wieħed jaqla’ l-inkwiet jaqbduh jitfgħuh ‘l barra. Jekk ikun hemm uffiċjali tas-sigurtà li jkunu Pulizija, nemmnu li ċ-ċans hu li l-problemi jitnaqqsu.”

Chris Ellul qalilna li “bil-liġi tista’ tkun sfurzat tagħmel tmien sigħat sahra. Dan hu  dritt ta’ min iħaddem. Qed tintuża din is-sistema biex tiġi trattata is-sitwazzjoni f’Paceville. Il-punt tagħna hu li f’Pacevile hemm bżonn nies motivati. Meta qed taħdem f’Paceville qed taħdem f’żona taħraq. Il-Pulizija spiss ikunu mhedda, kellna oħrajn li weġġgħu.”

Sport