Wednesday, July 24, 2024

Palestinjani jaħarbu minn Gaża minħabba żvilupp mill-Iżraeljani 

Aqra wkoll

Huwa stmat li 150,000 Palestinjan qed jiġu sfurzati jaħarbu minn żoni taċ-ċentru ta’ Gaża. Dan hekk kif il-forzi Iżraeljani qed javvanzaw lejn il-kampijiet tar-refuġjati.

Dan l-aħħar, il-militar ta’ Iżrael qed espandi l-offensiva fuq l-art tiegħu biex jimmira lejn il-Bureij u l-kampijiet ta’ Nuseirat u Maghazi fil-viċin. L-istess bumbardament Iżraeljan qatel ukoll għexieren ta’ nies madwar Gaża nhar il-Ħamis. Dan ġie kkonfermat mill-Ministeru tas-saħħa mmexxi mill-Ħamas.

Il-militar Iżraeljan talab sabiex ikun hemm evakwazzjoni u talab lill-kważi 90,000 resident u 61,000 persuna li jgħixu f’dawn iż-żoni fejn qed iseħħu l-attakki, sabiex jimxu lejn in-nofsinhar, jiġifieri lejn il-belt ta’ Deir al-Balah. Madankollu, nhar il-Ħamis in-Nazzjonijiet Uniti wissiet  li ma kellhomx fejn imorru għax Deir al-Balah kien diġà iffullata żżejjed. 

Il-gwerra bdiet minn attakk bla preċedent minn irġiel armati tal-Ħamas fin-Nofsinhar ta’ Iżrael lura għas-7 ta’ Ottubru u dakinhar kienu inqatlu mal-1,200 persuna , bil-maġġorpati tagħhom kienu ċivili u madwar 240 oħra ostaġġi.

Ekonomija

Sport