Il-Vatikan fl-aħħar sigħat ħabbar li l-udjenzi u l-laqgħat kollha skedati li kellu jagħmel Papa Franġisku kellhom jiġu mħassra minħabba li reġa’ marid.
Matteo Bruni, il-kelliem għall-Vatikan qal li l-Papa jinsab f’Casa Santa Marta u sakemm ikun hemm avviż ieħor mhux se jkun qiegħed jiltaqa’ ma’ nies.
Sorsi qrib il-Vatikan li tkellmu mal-midja internazzjonali qalu li l-Ħamis filgħaxija Papa Franġisku ħassu ma jiflaħx wara ġurnata impenjattiva. Qalu li l-aħħar udjenzi li kellu kien jidher li kellu ħafna influwenza u deher li ma setax ikompli l-impenji.
Għalhekk ġie deċiż mit-tobba li sakemm ikun tajjeb jibqa’ f’Casa Santa Marta. Iżda jidher li Papa Franġisku nsista li mhux se jagħmel ġewwa aktar minn għada hekk kif il-Ħadd jixtieq li jwassal il-messaġġ tal-Anġelus fi Pjazza San Pietru.