Wednesday, April 24, 2024

Paris SG jibagħtu messaġġ ta’ apprezzament lil Ibrahimovic

Aqra wkoll

Paris St Germain permezz tal-midja soċjali fuq Instagram sellmu lill-attakkant veteran Svediż, Zlatan Ibrahimovic, wara li l-Ħadd filgħaxija ħabbar li se jirtira mil-logħba tal-futbol.

“Karriera denja ta’ re. Nawgurawlek Ibra u nittamaw li narawk ma ndumux f’Parc des Princes!”

Ibrahimovic lagħab ma’ Paris St Germain bejn l-2012 u l-2016 fejn skorja 113 f’122 partita. Hu lagħab ukoll ma’ Ajax, Juventus, Inter, Milan, Barcellona, LA Galaxy u Manchester United.

Sport