Sunday, May 5, 2024

L-istaġun ta’ Juventus ikkritikat bl-aħrax

Aqra wkoll

Ħafna kritiċi tal-futbol Taljan analizzaw l-istaġun diżastruż ta’ Juventus li reġgħu spiċċaw mingħajr ma rebħu trofew għat-tieni staġun konsekuttiv.

Fi staġun fejn ħadu sehem f’erba’ kompetizzjonijiet u fejn lagħbu 56 partita u b’10 punti ta’ penalizzazzjoni, i Bianconeri kellhom jikkuntentaw bis-seba’ post li kien ifisser UEFA Conference League.

Dawn il-kritiċi qed jgħidu li jkun aħjar li l-kowċ Massimiliano Allegri jwarrab bil-kwiet u jkun hemm paġna ġdida fil-klabb bit-tama li s-suċċessi li tant kienu mdorrijin bihom jerġgħu jaslu.

Sport