Saturday, May 18, 2024

Robert Lewandowski l-aqwa skorer f’La Liga

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Pollakk Robert Lewandowski rebaħ it-trofew Pichichi li normalment jittieħed minn dak l-iskorer prolifiku li jirbaħ il-klassifika tal-aqwa skorer tal-kampjonat Spanjol.

Lewandowski skorja 23 gowl għal Barcellona u xprunahom għar-rebħ tal-kampjonat. Hu wettaq seba’ assists filwaqt li ma skorja l-ebda penalty.

Ħafna faħħru lill-plejer Pollakk li fl-ewwel staġun tiegħu fi Spanja qagħad sew għall-istil ta’ logħob.

Sport