Wednesday, March 27, 2024

Paris St Germain jirbħu s-Super Cup Franċiża

Aqra wkoll

Paris St Germain bdew l-istaġun fuq nota pożittiva meta rebħu s-Super Cup Franċiża jew aħjar iċ-Champions Trophy meta għelbu lil Nantes bl-iskor ta’ 4-0 liema finali ntlagħbet f’Tel Aviv, l-Iżrael għat-tieni sena konsekuttiva.  

F’din il-logħba ddebutta l-coach il-ġdid Chirstophe Galtier iżda l-Pariġini kellhom lil Kylian Mbappe sospiż.

Il-goals waslu minn doppjetta ta’ Neymar (45, 82 pen) wara li Lionel Messi (22) fetaħ l-iskor. It-tielet goal wasal minn Sergio Ramos (57).

Fil-81 minuta, Nantes spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Jean-Charles Castelletto, wara li kkommetta foul fil-kaxxa fuq Neymar biex l-istess attakkant Brażiljan issiġilla r-rebħa mill-11-il metru.

Ekonomija

Sport