Wednesday, March 27, 2024

Wieħed mill-akbar negozjanti tal-qamħ fl-Ukrajna jinqatel flimkien ma’ martu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wieħed mill-aktar negozjanti sinjuri tal-Ukrajna nqatel flimkien ma’ martu f’bumbardament “massiv” Russu fil-belt ta’ Mykolaiv.

Skont l-uffiċjali, Oleksiy Vadatursky ta’ 74 sena, u martu Raisa mietu meta missila laqtet darhom matul il-lejl.

Is-Sur Vadatursky kien is-sid ta’ Nibulon, kumpanija involuta fl-esportazzjonijiet tal-qamħ fejn saħansitra kien irċieva wkoll il-premju “Eroj tal-Ukrajna”.

Skont stima tal-assi maħruġa minn Forbes fl-2020, kien stmat li Oleksiy Vadatursky kellu kapital ta’ madwar $450 miljun.

Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky iddeskriva l-mewt tas-Sur Vadatursky bħala telfa kbira. Is-Sindku ta’ Mykolaiv Oleksandr Senkevych qal li x’aktarx li dan kien l-aktar bumbardament qawwi li sar s’issa mir-Russi fuq il-belt.

Minbarra diversi djar imġarrfa, kien hemm ħsarat f’lukanda, kumpless sportiv, kif ukoll ħsarat f’żewġ skejjel.

Il-belt ta’ Mykolaiv tinsab fuq ir-rotta ewlenija lejn Odesa; l-akbar port tal-Ukrajna fuq il-Baħar l-Iswed. Din swat diversi drabi fil-mira ta’ bumbardamenti Russi minn meta r-Russja nediet l-invażjoni tagħha fl-24 ta’ Frar li għadda.

Ekonomija

Sport